Pjattaforma: Windows
Link: Niżżel il-verżjoni DEMO (Użu b'xejn għal 30 jum)
Link: Niżżel il-verżjoni DEMO bħala pakkett MSI (għall-installazzjoni fin-netwerks tal-kumpaniji)
Prezz: 24,99 €
Pjattaforma: Mac OS
Link għall-iTunes Store
Applikazzjoni
Il-funzjonijiet prinċipali tas-softwer “Detezzjoni tal-Moviment” huma d-detezzjoni u r-reġistrazzjoni tal-moviment tal-oġġetti fuq il-kamera.
Biex tibda taħdem bil-programm “Detezzjoni tal-Moviment”, huwa meħtieġ li tqabbad il-kameras USB tiegħek mal-kompjuter u żżidhom mal-programm bi klikk waħda tal-maws. Meta jibda l-programm, il-kameras kollha miżjuda u mqabbda jinxtegħlu awtomatikament.
Wara dan huwa meħtieġ li tagħżel kamera u tattiva l-modalità tad-detezzjoni tal-moviment. F'din il-modalità l-programm jiddetetta l-moviment tal-oġġetti. Ir-ritratti jittieħdu awtomatikament. L-algoritmu tal-programm huwa ottimizzat b'tali mod li bidliet insinifikanti fl-immaġni tal-kamera, pereżempju, il-bidliet ikkawżati mit-tbandil, min-nżul tax-xemx jew minn insett fuq il-kamera, ma jitqisux bħala bidliet u jiġu injorati. F'dan il-każ ma jittieħdu l-ebda immaġnijiet.
Bgħit bl-e-mail
Fil-modalità tad-detezzjoni tal-moviment hija disponibbli l-għażla tal-bgħit bl-e-mail. F'din il-modalità l-programm jibgħat ir-ritratti meħuda lill-e-mail indikata. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi indikat l-indirizz tal-kont tal-e-mail biex jintbagħtu r-ritratti meħuda. L-e-mails jintbagħtu biss jekk il-kameras jidentifikaw bidliet. Jista' jiġi indikat l-intervall minimu ta' żmien bejn il-bgħit tal-e-mails. In-numru ta' e-mails mibgħuta jista' jiġi limitat.
Ikkupjar tar-ritratti meħuda
Jekk jiġi identifikat moviment, il-programm jissalva r-ritratti meħuda awtomatikament. Dawn ir-ritratti jistgħu jiġu kkupjati fil-clipboard jew trasferiti lil programm ieħor. Fis-sistema operattiva Windows huwa possibbli li l-immaġnijiet jiġu kkupjati fil-folder indikat mill-utent.
Tlugħ permezz ta' FTP
Tista' ttella' r-ritratti fuq server awtomatikament, billi tindika d-data tas-server FTP. Din l-għażla tista' tkun interessanti għal dawk l-utenti li jridu jaraw ir-ritratti fuq il-paġna ewlenija tagħhom fuq l-Internet.
Għażliet addizzjonali
Fil-modalità tad-detezzjoni tal-moviment hija disponibbli n-notifika bil-ħoss, u huwa possibbli wkoll li jiġi assenjat intervall ta' żmien meta l-modalità tad-detezzjoni tal-moviment tkun attiva.
Każ ta' użu
Dan il-programm huwa soluzzjoni eċċellenti, jekk trid tgħasses l-appartament, id-dar jew l-uffiċċju tiegħek mingħajr l-użu ta' tagħmir għali. Għandek bżonn biss kamera USB sempliċi u kompjuter. Il-programm jappoġġa t-tħaddim simultanju ta' diversi kameras, li jistgħu jiġu mqabbda direttament mal-kompjuter. Tista' tuża extension cables USB biex tottimizza s-sistema ta' osservazzjoni (huma disponibbli kejbils sa 25m b'amplifikazzjoni tal-qawwa). L-użu ta' splitters USB jista' jżid in-numru ta' portijiet USB disponibbli għall-kameras tiegħek.




